Il-Partit Labursita qal li bir-roħs fil-kontijiet tal-enerġija l-gvern ħalla b’iktar minn €80 miljun fis-sena fil-bwiet tal-familji u n-negozji. Iktar minn €400 miljun minn meta dan il-gvern żamm il-wiegħda li l-Partit Nazzjonalista kien issejaħ gimmick tal-millenju.
Fi stqarrija, il-PL qal li fuq il-prezzijiet tal-enerġija l-politika ta’ dan il-gvern hi ċara.
Favur stabbiltà li żżomm il-prezzijiet baxxi u tati serħan il-moħħ lill-familji.
Din hi politika li jista’ jagħti garanzija tagħha biss dan il-gvern għax għal iktar minn darba l-kelliema preżenti tal-Partit Nazzjonalista tkellmu favur politika fejn il-prezzijiet jinbidlu kull xahar.
Hija dik il-politika li tefgħet l-ikbar piżijiet fuq il-poplu u hija dik l-uniku idea li għad għandu l-Partit Nazzjonalista. B’dan il-gvern in-nies jafu li l-kontijiet saru orħos u se jibqgħu orħos, temm jgħid il-Partit Laburista.