Dak li kien ilu jissemma’ għal ħafna xhur issa ġie kkonfermat. L-ewwel Starbucks f’pajjiżna se jiftaħ fil-Waterfront li għalkemm huwa msemmi għal Belt Valletta, teknikament jaqa’ fil-konfini tal-Furjana.
Il-katina internazzjonali ta’ ħwienet tal-kafe issa se jkollha wkoll preżenza f’pajjiżna, b’veduta ta’ dak li ħafna jsostnu huwa l-isbaħ port fid-dinja kollha.
Starbucks hija famuża għal mod żbaljat kif tikteb ismijiet tal-klijenti fuq it-tazzi tagħha.
Dan huwa metodu użat minn Starbucks sabiex il-klijenti jpoġġu r-ritratt tal-isem miktub ħażin fuq il-midja soċjali biex effettivament jagħmlu riklam lill-kumpanija bla ħlas.