Illum, il-knisja, permezz taċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, tat bidu għall-aktar ġimgħa importanti tagħha, dik tal-passjoni ta’ Kristu.
Iżda ħafna ma jafux li llum, il-knisja kollha, f’Malta inkluż, tiġi ċċelebrata Jum iż-Żgħażagħ.
One.com.mt tkellem ma’ diversi kappillani madwar Malta u Għawdex li qalu li għalkemm qed jaraw nuqqas ta’ parteċipazzjoni miż-żgħażagħ f’attivitajiet reliġjużi bħal tal-lum, xorta waħda baqa’ uħud li għadhom jinteressaw ruħhom f’affarijiet simili, bil-knejjes xorta waħda jkollhom ammont sabiħ ta’ żgħażagħ.
Waqt indirizz lill-eluf ta’ żgħażagħ fi Pjazza San Pietru l-Vatikan, il-Papa Franġisku qalilhom sabiex ma jibżgħux u ma jistħux jgħidu li Ġesu qiegħed prezenti f’ħajjithom.