Id-deputat u president tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono ppruvat tgħaddina biz-zmien.
Iddikjarat dan f’artiklu fit-Times of Malta Vicki Ann Cremona, persuna qrib il-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u li kienet ambaxxatur fi zmien gvern nazzjonalista.
Vicki Ann Cremona kitbet artiklu fuq l-aġir ta’ Kristy Debono meta marret tiltaqa’ ma Yorgen Fenech u talbitu kamra b’xejn għall-Partit Nazzjonalista. L-stess persuna li l-oppozizzjoni allegat li huwa sid tal-kumpanija 17 black.
Cremona qalet li jekk Kristy Debono m’għarfitx il-ħazin li tmur tiltaqa’ man-negozjant u titolbu kamra b’xejn għal partit, mela vera postha mhux fil-partit. Jekk le, il-partit irid jara għalxiex gidbet u jieħu azzjoni fil-konfront tagħha.
Ziedet li Debono kellha tifhem il-gravita ta’ dan.
Kristy Debono qed tiffaċja pressjoni mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil biex tirrizenja.
B’Vicki Ann Cremona qalet li l-agħar ħaġa hi li hemm nies fil-partit li qegħdin jgħinu lil Debono issalva postha fil-partit u ma terfax ir-responsabilita.
Hawnhekk, hija staqsiet għaliex Kristy Debono qiegħda tiġi protetta mill-uffiċjali għolja tal-Partit Nazzjonalista.
B ironija staqsiet jekk dan hux isir għax forsi tiġi l-mara ta’ Jean Pierre Debono u minħabba li ċeda s-siġġu parlamentari lil Adrian Delia.
Vicki Ann Cremona qalet li ma tistax tifhem kif Adrian Delia jaċċetta din l-imġieba mhux etika.
Saqsiet ukoll għaliex ħadd ma stenna lid-deputat li jikkumenta dwar din l-imġieba mhux etika .
Esprimiet id-dwejjaq tagħha li l-oppozizzjoni ma tieħux azzjonijiet xierqa u tenniet li bl-aġir ta’ Kristy Debono iqum dubju serju fuq l-integrita tagħha.