John Grima ta’ 46 sena minn Marsaskala nżamm arrestat wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati ta’ attentat ta’ qtil fuq bouncer, li darab ħafif pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijietu, offendihom kif ukoll li saq karozza waqt li kien xurban.
Il-każ seħħ kmieni l-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tal-5:30 f’Paceville. Huwa ma setax jaċċetta l-fatt li bouncer barrani keċċa lilu li hu Malti minn stabbiliment tad-divertiment.
L-imputat, li kien xurban u li baqa’ jsostni li ma jiftakar xejn, irriversja fuq pulizija bil-konsegwenza li darbu hafif kif ukoll li offenda u ma segwiex l-ordnijiet ta’ uffiċjal ieħor. Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest fejn irrimarkat kif bħalissa l-imputat għaddej minn żmien diffiċli.
Jidher li din mhux l-ewwel darba li Grima wettaq reati simili dan hekk kif seħħew żewġ każijiet oħra fl-2007 u fl-2015 u għalhekk huwa riċediv.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Leeroy Balzan Engerer.