Libjan ta’ 40 sena residenti l-Furjana nżamm arrestat wara li ġie mixli li kien fil-pussess ta’ sigaretti tal-kuntrabandu.
L-imputat huwa mixli b’dan ir-reat f’żewġ okkażjonijiet differenti: fid-29 ta’ Lulju li għadda kif ukoll f’April ta’ din is-sena. Il-Libjan hu mixli li kellu sitt kartuniet b’200 sigarett kull kartuna kif ukoll tmien pakketti b’20 sigarett f’kull pakkett.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Priscilla Caruana Lee.