Raġel ta’ 37 sena sofra ġrieħi gravi, u ieħor ta’ tletin sena sofra ġrieħi ħfief f’argument li seħħ dal-lejl.
L-argument seħħ għall-ħabta tas-1:30 ta’ dalgħodu fi Triq it-Tamar, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ irriżulta li seħħ argument propju bejn raġel ta’ tletin sena min-Niġerja, u li joqgħod San Pawl il-Baħar, u persuna ta’ sebgħa u tletin sena min-Niger u li toqgħod il-Gżira – ferjn allegatament intużat xi arma li taqta’.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.