Il-kantawtur Taljan Gianni Morandi ta sorpriża mill-isbaħ lill-ammiraturi tiegħu f’Malta meta f’kunċert mill-isbaħ li li ta fl-MFCC f’Ta’ Qali, huwa interpreta wkoll il-kanzunetta klassika Maltija Xemx tal-grupp Għawdxi The Tramps.
Morandi interpreta din il-kanzunetta li kważi saret simbolu nazzjonali b’mod stupend tant li ngħata standing ovation mill-udjenza preżenti li kkonkorriet bi ħġarha għal dan l-ewwel kunċert tiegħu f’Malta.
Matul il-kunċert huwa interpreta wkoll bosta suċċessi fil-karriera mużikali twila tiegħu.