Id-Dipartiment tal-Kuntratti ċaħad li tneħħiet xi klawżola fil-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti għas-servizz ta’ tindif f’San Vinċenz de Paul.
Fi stqarrija l-Ministeru għall-Finanzi spjega li l-artiklu ppubblikat f’The Times bit-titlu ‘Crucial tax clause removed from cleaning tender’ huwa skorrett, għax fl-ebda ħin ma tneħħiet xi klawżola fis-sejħa għall-offerti.
Il-Gvern qal li t-talba għaċ-ċertifikati kienet u għadha parti integrali fil-proċess tax-xiri ta’ servizzi. Qal li d-Dipartiment intervjena biex jassigura l-inqas prattiċi burokratiċi għal dawk li tefgħu l-offerta tagħhom għal dan il-kuntratti.
Dan billi fost oħrajn ma jiġi ffirmat ebda kuntratt ma’ partijiet li fost oħrajn ma jissodisfawx il-Kontribuzzjoni tat-Taxxa u tas-Sigurtà Soċjali meħtieġa. Għalhekk sostna li għal kuntrarju ta’ dak rapportat, ma tbiddlet l-ebda l-klawżola għax il-prattika dejjem kinet li d-dokumenti msemmija jintalbu mingħand il-kuntrattur li jirbaħ il-kuntratt.