Il-Pulizija għadha kif arrestat żewġt irġiel wara li ġihom suspett li kienu qed jippjanaw li jwettqu xi serq minn residenzi waqt li s-sidien kienu qegħdin il-purċissjoni tad-duluri. Dawn l-irġiel ġew arrestati minn triq is-Santissima Trinita fil-Marsa wara li ġew osservati li qed jaġixxu b’mod suspettuż.
Pulizija mit-taqsima tal-Investigazzjonijiet Kriminali u tal-RIU ċċirkondaw lill-irġiel u arrestawhom fuq il-post. Bħalissa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm aktar persuni involuti fl-attentat ta’ serq.