L-Għaqda Mużikali San Ġorg Martri, madwar sena u nofs ilu, ħasset il-bżonn li twaqqaf Kummissjoni sabiex tieħu ħsieb l-inizjattivi attributi mal-125 sena anniversarju tal-Banda San Ġorg Martri.
Il-Kumissjoni 125 kellha rwol importanti mhux biss tħejji programm ta’ inizjattivi u attivitajiet imma wkoll sabiex tfassal viżjoni u għanijiet li ser ikomplu jsaħħu u jfakkru din l-Għaqda għaż-żmien li ġej.
Wara li l-Kumissjoni ltaqgħet ma’ bosta stakeholders, kienu mwaqqfa 4 valuri li dejjem sawwru din l-ghaqda, u biex jikumplimentaw it-tema magħżula, ‘125 ta’ impenn mużikali’. L-4 valuri, li kull inizjattiva magħżula li jsaħħu din it-tema kien iffurmati madwar il-valur ta’ l-arti, tal-kultura, tat-tradizzjoni u tal-mużika.
L-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi sa mit-twaqqif tagħha dejjem ipparteċipat bis-sħiħ fl-attivitajiet li jittellgħu f’beltna u dejjem ġabet dawn il-valuri fuq quddiem nett, spe1jalment f’dan iż-żmien tant għażiż.
F’dawn l-aħħar xhur, saru diversi attivitajiet u inizjattivi relatati mal-125 anniversju, kemm fil-binja tal-Għaqda – fejn saru diversi xogħlijiet ta’ modernizzar, restawr u tisbieħ fil-Palazz Guiseppe Farrugia – is-sede tal-Għaqda, kif ukoll fil-qasam mużikali u kulturali.
Għall-okkażjoni tal-125 sena mit-twaqqif tal-banda, kif ukoll sabiex tfakkar l-ewwel ċentinarju minn meta ittella’ għall-ewwel darba l-programm ta’ Ħadd il-Palm, l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, qed tistieden lil Mro Salvatore Bonaffini, sabiex imexxi dan il-programm ta’ marċi funebri b’isem ‘Passione’ nhar il-Hadd 14 t’April fis-7:00 ta’ filgħaxija, fil-Knisja ta’ San Ġorġ.
La Passione – il-kunċert ta’ nhar il-Ħadd ta’ Marċi Funebri ser ikun immexxi kollu minn Maestro Bonaffini. Fejn xogħlijiet tiegħu bħal Pianto, Transulazione, l’Urna u Vicenzo Ligami ser jkunu esebiti, Flimkien, ma xogħlijiet ta’ Mro Archibald Mizzi. Il-Banda San Ġorġ Martri taħt id-direzzjoni ta’ Mro Bonaffini ser idoqq 3 marċi funebri ġodda.
La Passione a Memoria di Mary Zarb – Marċ Funebru dedikant li sinjura Mary Zarb li aktar kmieni din is-sena ħalliet din id-dinja. Is-Sinjuira Mary Zarb kienet l-ewwel fost 3 bandisti nisa li ħarġu, mhux biss idoqqu ma’ din l-Għaqda, imma, wkoll f’Malta.