Leo Galea ta’ 40 sena mill-Mosta u James Micallef ta’ 25 sena minn Birkirkara ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li dalgħodu ġew mixlija bi traffikar u pussess ta’ 15-il kilo droga kannabis.
Micallef ġie arrestat waqt li kien qiegħed isuq f’Birkirkara. Fi tfittxija li saritlu fil-vettura tiegħu, il-Pulizija sabulua ħames kilogrammi blokok allegatament raża tal-kannabis lesti biex jiġu ttraffikati.
Galea ġie arrestat f’razzett li jamministra fl-inħawi tal-Mosta wara li sabulu moħbija madwar 10 kilogrammi oħra mill-istess sustanza.
Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest wara li fost oħrajn qieset in-nuqqas ta’ affidabilità tal-akkużati.
Għal Galea qegħdin jidhru l-Avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila.