Investigazzjoni minn Uffiċjali fid-Dipartiment tad-Dwana flimkien mal-Uffiċjali tad-Direttorat responsabbli mill-ġbir tas-Sisa, wasslet sabiex jiġu kkonfiskati aktar minn mitejn u sebgħin flixkun alkoħoliku, madwar elf u ħames mitt borża tal-plastik u aktar minn ħames mitt tikketta tas-sisa mhux użata, f’maħżen f’Ħal Qormi.
L-ispezzjonijiet tal-uffiċjali bdew fi stabbiliment fil-Gżira li eventwalment wassluhom għall-maħżen f’Ħal Qormi fejn ġew ikkonfiskati l-affarijiet tal-kutrabandu.
Fost ix-xorb alkoħoliku ġew ikkonfiskati aktar minn mitt flixkun tal-inbid u madwar mija u sitt tipi ta’ xorb alkoħoliku ieħor.