Mibni fl-1930, dak li kien deskritt bhala wirt storiku u industrijali, kien itella’ l-ilma baħar u jaħsel il-biċċerija.
Maż-żmien iddeterjora u nħass il-bżonn li jsir ix-xogħol meħtieġ fuq din l-istruttura unika tal-konkos.
Il-Perit responsabbli mill-proġett Dr. Ruben Paul Borg spjega li r-restawr se jsir bl-aħħar teknoloġiji u materjali ġodda b’sistema ta’ ‘sensors’ biex jiġi studjat il-metodu halli jintuża fi proġetti oħra u tkun indirizzata infrastruttura oħra fil-futur.
Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li minbarra l-valur storiku, dan it-torri qed jagħti l-opportunità biex fil-qasam tal-inġinerija jiġu studjati metodi ġodda ta’ kif jiġu rrestawrati strutturi antiki.
Il-proġett mistenni jitlesta sal-aħħar tas-sajf, u huwa ħolqa minn katina ta’ inizjattivi li ttieħdu fl-aħħar xhur bħala parti minn ristrutturar tal-Biċċerija. Fost l-oħrajn sar xogħol fuq il-linja tal-qatla, inbidel makkinarju, saru toroq interni f’ambjent aktar nadif, u tneħħew is-soqfa tal-asbestos.