Hekk kif illum ser jingħata bidu għad-dibattitu fil-Parlament marbut mal-abbozz ta’ liġi dwar l-introduzzjoni tal-kremazzjoni f’pajjiżna, l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna fakkar li l-irmied ma jistax jinżamm bħala rikordju skond it-tagħlim nisrani.
Catholic Teaching: “it is not permitted to scatter the ashes of the faithful departed in the air, on land, at sea or in some other way, nor may they be preserved in mementos, pieces of jewellery or other objects” https://t.co/d0Wjstrxb8 https://t.co/3oJd8t3mJH
— Bishop CJ Scicluna (@BishopScicluna) April 9, 2019
Dan qalu permezz ta’ tweet fejn ikkwota stqarrija mill-Vatikan u kompla jispjega li l-irmied m’għandux jinżamm fl-ebda forma jew f’memento ta’ tipi differenti.
Id-deputat Laburista Rosianne Cutajar qalet li l-liġi tal-kremazzjoni tolqot kemm lil dawk in-nies li m’għandhomx reliġjon, kif ukoll lill-Insara.