Fil-Qorti kompliet ukoll il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ tliet immigranti li allegatament ħatfu l-vapur El Hiblu 1 ftit tal-ħin wara li kien salvahom mill-għarqa.
Fix-xhieda tiegħu, uffiċjal għoli ta’ dan il-bastiment qal li t-3 żgħażagħ bdew jaġixxu b’mod aggressiv iżda saħaq li fl-ebda ħin ma kien hemm episodji ta’ aggressjoni fiżika.
L-uffiċjal qal ukoll li l-Kaptan tal-vapur kien il-ħin kollu fil-kontroll tal-vapur u li huma obdew l-ordnijiet tagħhom sabiex jevitaw li jweġġgħu.