Il-Qorti lliberat 13-il persuna li f’Lulju li għadda kkritikaw sid ta’ ħanut f’Għajn Tuffieħa dwar każ ta’ qtil ta’ qattus.
Huma ġew mixlija li mixlija li heddew u li użaw ħażin il-mezzi ta’ komunikazjzoni wara li waslu għall-konklużjoni li kienet il-familja ta’ dan l-istabbiliment tal-ikel li qatlet qattus kiesaħ u biered fid-dawl tax-xemx.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti kkitikat il-fatt li l-Pulizija kienet mexxiet bl-investigazzjonijiet f’dan il-każ. Il-qorti qalek li l-evidenza mressqa mill-Pulizija ma setgħetx tkun parti mill-kawża hekk kif l-ebda rappreżentant mis-sit ta’ Facebook u operaturi ta’ telekomunikazzjoni ma ntalbu sabiex jixhdu.