Iċ-ċentru nazzjonali għall-konservazzjoni tal-ilma fir-Rabat rebaħ il-premju prestiġjuż tas-sostenibbilta organizzat mill-Kummissjoni Ewropea għall-elfejn u dsatax.
Il-premju ngħata għall-isforzi taċ-ċentru sabiex joħloq kuxejnza dwar l-isfidi li l-qasam tal-ilma fil-gżejjer Maltin qed jaffaċċja u għall-metodi innovattivi u inklussivi użati.
Iċ-Ċentru Għajn rebaħ dan l-unur Ewropew fis-sezzjoni tal-entitajiet pubbliċi, b’din is-sena tkun l-ewwel edizzjoni tal-unuri.
Sa mill-ftuħ tiegħu f’April elfejn u sbatax, iċ-ċentru laqa sitt elef viżitatur. Elfejn u ħames mija minnhom kienu tfal li attendew mal-iskola tagħhom.
Il-logħob edukattiv u interattiv iddisinjat speċifikament għal daċ-ċentru jinkludi fih temi li jikkorrispondu ma’ dawk mgħallma fl-iskejjel. B’hekk, żjarat f’daċ-ċentru jsaħħu l-edukazzjoni.