Inġabru €487,204 fil-maratona tal-Volleyball li nżammet fid-Dar tal-Providenza b’risq proġetti tal-istess dar.
Il-maratona bdiet il-Gimgħa u meta ntemmet f’nofsillejl tal-Ħadd b’dik is-somma, is-sodisfazzjon kien wieħed kbir.
Ħadu sehem madwar 300 voluntier, b’40 plejer joffru dak kollu li jistgħu biex il-maratona tkun suċċess. It-taħriġ kien kruċjali għalkemm daqsu kienet ir-rieda li b’dak li jafu sew jgħinu lil min fil-ħajja għandu bżonn ta’ spalla.
Is-somma totali miġbura tinkludi l-€260,000 li ftit tal-ġimgħat ilu nġabru waqt Xarabank.
Fr Martin Micallef, Direttur Ġenerali tad-Dar, kellu kliem ta’ tifħir għal qalb kbira tal-poplu.