Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May organizzat diskussjonijiet separati mal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-President Franċiż Emmanuel Macron, qabel il-laqgħa tal-Mexxejja Ewropej li mistennija ssir għada.
Fil-jum tal-Erbgħa l-mexxejja Ewropej mistennija jerġgħu jiddeċiedu jekk iġeddux il-ħruġ tal-Unjoni Ewropea, din id-darba mit-tnax t’April għat-tletin ta’ Ġunju.
Dwar il-laqgħa ma’ Merkel, Theresa May qalet qablu dwar l-importanza li r-Renju Unit joħroġ b’mod ordnat mill-Unjoni Ewropea.
Dan wara li l-Parlament Ingliż għal darba wara l-oħra naqas milli jaċċetta l-ftehim li May laħqet mal-Unjoni Ewropea.