Ramirez Vella ta’ 20 sena minn Ħal Tarxien inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’pussess ta’ droga kokaina u eroina u li nqabad bihom ftit ‘il bogħod minn skola.
Fil-Qorti l-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.
L-avukati tal-imputat Arthur Azzopardi u Alfred Abela ma talbux għall-ħelsien milll-arrest.
Ir-raġel ta’ 20 sena minn Ħal Tarxien kien ġie arrestat f’wieħed mir-rejds li kienu saru fix-xhur li għaddew fosthom f’Birkirkara, il-Marsa, il-Gżira u fil-Pieta’.
Huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest mill-Pulizija wara 48 siegħa t’arrest. Madankollu kien ġimgħat wara li l-Pulizija rnexxielha ssib biżżejjed provi biex eventwalment tressqu u tixlih bi traffikar ta’ droga fost oħrajn.
Jordan Azzopardi li kien magħruf fost iċ-ċrieki tat-traffikanti tad-droga bħala l-‘El Chapo’ ta’ Malta kien ġie arrestat ix-xahar li għadda f’operazzjoni tal-Pulizija fil-Għargħur.
Huwa kien tressaq il-Qorti mixli bi traffikar ta’ droga u ċirkolazzjoni ta’ flus foloz.