Il-Partit Laburista ħabbar li se jiċċelebra l-ewwel ta’ Mejju fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta.
Permezz ta’ viżwal bil-kuluri bojod u ħomor tal-bandiera Maltija, il-Partit Laburista ta l-ewwel dettalji dwar dik li hi waħda mill-ikbar attivitajiet tal-massa li jsiru f’pajjiżna ta’ kull sena.
Fit-toroq bdew jidhru wkoll l-ewwel bill boards bil-messaġġ “Jum il-Ħaddiem. Pjazza Kastilja. L-1 ta’ Mejju.”
Din is-sena Jum il-Ħaddiem se jkun iċċelebrat 25 jum qabel il-poplu Malti u Għawdxi jmur jivvota f’elezzjonijiet importanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.