Din is-sena timmarka d-19-il edizzjoni tal-Wirja tal-Gimgha l-Kbira mtella’ mill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Ħal Qormi.
Għaldaqstant, bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tiegħu, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Malta, il-Kumitat ħaseb sabiex itella’ wirja b’differenza. Din is-sena wieħed jista’ jsib diversi pitturi u statwi sagri, xogħol minn xejn inqas 10 artisti rinomati mix-xena lokali.
Il-wirja ġġib l-isem ‘Hakeldama’, li tfisser l-‘Għalqa tad-Demm’. Dik l-istess għalqa li nxtrat milll-Qassisin il-Kbar bil-flus li Ġuda uża sabiex ttradixxa lil Ġesu’ Kristu.
Il-ftuħ uffiċjali ser isir nhar il-Ħamis 11 ta’ April fis-7pm, quddiem iċ-Ċentru tal-Armar fi Triq il-Blata Ħal Qormi. Din il-wirja ser tibqa’ miftuħa sal-Ġimgha l-Kbira 19 ta’ April, f’12pm. Tippresedi dan il-ftuħ, l-Eċċellenza Tagħha, il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca.
Qabel il-ftuħ uffiċjali ta’ din il-wirja, fis-6pm, quddiem l-istess Ċentru tal-Armar San Ġorġ Martri, ser isir qari ta’ ħsibijiet, poeżija u daqq ta’ marċi funebri mill-grupp mużikali ‘Festa Banda’.
Din il-wirja ser tkun it-tieni attivita’ minn sensiela ta’ attivitajiet relatati maċ-Ċentinarju ta’ dan il-Kumitat, wara l-wirja ta’ statwi xogħol Carmelo Mallia ‘il-Lhudi’, li ttellgħet fl-istess Ċentru tal-Armar fi Frar li għadda.
L-appuntamenti li jmiss, fejn ikomplu jirrimarkaw dan l-Anniversarju importanti, huma fit-23 t’April, fejn ser jiġi inawgurat Maħzen ġdid tal-Armar fi Triq San Pietru, u fil-21 ta’ Ġunju, fejn ser jittella’ KunĊert Mużikali bis-sehem tal-Orkestra, ġewwa l-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta’ San Ġorġ Martri Ħal Qormi.