Kien it-8 ta’ April tal-1961 li l-Knisja ħarġet l-interdett fuq il-membri tal-eżekuttiv tal-Partit Laburista wara li l-eks Ministru Lorry Sant kien ilu bil-kundanna sa mid-9 ta’ April tal-1960.
Dan meta fil-gazzetta The Struggle, li tagħha kien editur, qalet li f’pastorali minnhom kien hemm biss paragrafi politiċi.
Dawk interdettjati ma setgħux jingħaw is-sagramenti. L-ikkundannat ma setax iqerr, jitqarben u lanqas jiżżewweġ fil-Knisja imma ġos-sagristija. La seta’ jirċievi t-tberik fid-dar u kellu jiċċaħħad minn difna ekkleżjastika.
Kien fis-26 ta’ Mejju tal-istess sena, li l-Knisja firxet l-interdett fuq min kien jaqra l-gazzetti Soċjalisti u min jattendi l-attivitajiet tal-Partit Laburista.
Ħamsin sena mit-tneħħija tal-interdett, Salvu Sant, membru tal-Eżekuttiv Laburista ta’ dak iż-żmien jgħid li l-Arċisqof ta’ dak iż-żmien Monsinjur Mikiel Gonzi kien bagħat għal ħuh, Lorry Sant dwar l-artiklu fil-gazzetta.
Sant qal “U speċi qallu trid titlob skuża, u qallu jien nista’ ntellfek l-impjieg tieghek mid-Dockyard, aħna konna żgħar u ommi kienet armla”
Lorry Sant ma kienx aċċetta li jitlob skuża u għalhekk ġie kkundannat. Dak iż-żmien zitu kienet soru.
Qal kif “Is-Sorijiet imorru jħabbtula u jġgħeluha tmur tisma’ li n-neputi tagħha ħa l-interdett”
Is-Sur Sant qal li l-membri tal-eżekuttiv ġew interdettjati wara li ħarġu stqarrija li nqrat fil-Kumitat Lokali Laburisti.
Sant irrakkonta kif“Lejliet konna għamilna laqgħa tal-eżekuttiv, l-Avukat Cassar kien ċeda u għamel difiża għall-Arċisqof”.
Sant tkellem dwar l-agħar episodju li jiftakar tal-interdett. Meta suldat min-naxxar kien tilef ħajtu meta mat-take-off tal-ajruplan li kien fuqu qabad fejn spiċċa tilef ħajtu. Spjega kif kienu se jidfnuh fil-miżbla iżda mbagħad difnuh is-servizz fiċ-ċimiterju tagħhom.
It-togħma qarsa tal-interdett fl-ewwel jiem tiegħu daquha wkoll l-Avukat Joe Micallef Stafrace li dak iż-żmien kien fl-eżekuttiv Laburista u martu Yvonne. L-interdett seħħ fis-sena li fiha kienu ħerqana li jingħaqdu fis-sagratament taż-żwieġ. Qal li l-Arċisqof Gonzi kien bagħat għalih diversi drabi.
Micallef Stafrace rrakkonta kif “L-iskrivanija tiegħu kollha mimlija karti u gazzetti tal-kitba tiegħu u qalli ara int x’tikteb. Qalli jekk tikkonverti nżewġek jien u jien għidtlu le. Rajtu darbtejn u d-deċizjoni kienet LE, tiżżewweġ fis-Sagristija”.
Fil-fatt Joe u martu Yvonne spiċċaw izzewġu ġos-Sagristija tal-Knisja ta’ San Pawl tar-Rabat.
Yvonne tgħid li kienet ilha tħejji għal dan il-Jum tant sabiħ, iżda spiċċa mtappan minħabba l-kundanna fuq żewġha.
Il-qraba ta’ Yvonne kellhom fabbrika tax-xemgħa li kienet tbigħha fil-biċċa l-kbira tal-knejjes Maltin. Qalet li kellhom joqogħdu kawti, għax il-ħobża tal-għajxien kienet tiddipendi ħafna fuq il-Knisja.
Spjegat kif “Ma riedx jagħti s-sensja lil ħafna nies għax kważi t-tfajliet tar-Rabat kienu jaħdmu fil-fabbrika taz-Ziju”.
Illum il-ġurnata Micallef Stafrace għadha tħoss il-weġġgħa li ż-żwieġ tagħha ma kienx bħal oħrajn. Dan anke jekk baqgħet tipprattika b’mod strett ir-reliġjon Nisranija.
Qalet kif “Kull tant waħdi nirrabja għal dak iż-żmien imma ngħid jien ma kontx interdetta għaliex kelli niżżewweġ fis-sagristija. Jien ma kellix interdett!”