Tliet gruppi minn Malta, in-Norveġja u l-Iżvezja, li huma speċjalizzati fuq it-tiftix u s-salvataġġ, ingħaqdu flimkien għal taħriġ mifrux fuq tlett ijiem flimkien mal-klieb tagħhom għal Novex 2019.
It-taħriġ, li sar fi tmiem il-ġimgħa, ittella’ mill-għaqda K9-Urban Search & Rescue Malta, fejn kien jikkonsisti minn eżerċizzji relatati ma’ air scenting, trekking u kif ukoll tiftix f’każijiet ta’ diżastri naturali.
It-tim komplut kien jikkonsisti fi 30 persuna, bl-eżerċizzji ttellgħu fi tliet żoni differenti madwar Malta.
Dan biex kemm il-klieb imħarrġa flimkien mal-handlers tagħhom u l-membri l-oħrajn setgħu jesperjenzaw taħriġ f’xenarji differenti.