Fis-27 ta’ Lulju li ġej, ser titella’ t-tielet edizzjoni ta’ UNITE With Tomorrowland, li għal darb’oħra ser jerġa’ jgħaqqad diversi pajjiżi ma’ xulxin, fosthom il-Greċja, Malta, il-Portugal u Spanja mal-attività ewlenija li ser issir fil-Belġju.
Ġie mħabbar li għal din is-sena diversi kantanti ta’ fama internazzjonali ser qed ikunu jieħdu sehem f’dan il-kunċert internazzjonali, kunċrt li ġie deskritt bħala ċelebrazzjoni maġika
Intant fi stqarrija, wara rapport preżentat lill-Ministeru għat-Turiżmu, intqal li dan il-kunċert qed jagħmel tajjeb għall-ekonomija Maltija fejn jidħol is-settur tat-turiżmu. Dan il-Ministeru issaportja u emmen dan il-kunċert sa mill-bidu tiegħu.
Statistika turi li fl-2018 tmenin fil-mija ta’ dawk li attendew għall-kunċert f’Malta kienu turisti, bil-maġġoranza ġew apposta Malta għal dan iċ-ċelebrazzjoni maġika.