Il-kumpanija tal-manifattura tal-ajruplani Boeing se tnaqqas il-produzzjoni tal-ajruplani tal-għamla 737 wara li tnejn minn dawn l-ajruplani ġġarrfu f’temp ta’ ħames xhur.
B’kollox 346 persuna tilfu ħajjithom f’dawn iż-żewġ traġedji, li seħħew fl-Indoneżja u fil-Kapitali tal-Etjopja, rispettivament.
Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li minn nofs dan ix-xahar se jieqaf ix-xogħol fuq 10 ajruplani, biex b’hekk, il-kumpanija tipproduċi biss 42 ajruplan f’xahar.
Dan filwaqt li għadhom għaddejin l-investigazzjonijiet meħtieġa biex ikun determinat in-nuqqas fl-operat ta’ dawn it-tip ta’ ajruplani.