Il-Pulizija qed tinvestiga l-mewt ta’ żagħżugħ Ġermaniż ta’ sitta u għoxrin sena li nstab mejjet f’akkomodazzjoni turistika f’San Ġiljan.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ One News li dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali bl-awtopsja mistennija tiddetermina l-kawża tal-mewt taż-żagħżugħ f’qasir il-għomor. F’dan l-istadju l-pulizija mhi teskludi xejn iżda s’issa jidher li m’hemmx l-involviment ta’ terzi.
Iż-żagħżugħ instab mejjet fuq is-sodda tal-kamra li kien qed jgħix fiha. Tliet turisti oħra kienu qegħdin joqogħdu fl-istess kamra.
ONE NEWS jinsab informat li l-Ambaxxata Ġermaniża ġiet informata bil-każ waqt li l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.