Abu Hassann, Sirjan ta’ 56 sena,tressaq il-Qorti akkużat li stupra lill-eks-sieħba tiegħu bosta drabi wara li r-relazzjoni ta’ bejniethom spiċċat. Il-qorti semgħet kif huwa baqa’ jmur id-dar tagħha u kien jinsisti li jkollhom relazzjoni sesswali. Meta kienet tirrifjuta huwa kien isir vjolenti u jistupraha bl-aħħar każ simili iseħħ fl-aħħar ġimgħa.
Il-vittma kienet irraportat lill-akkużat bosta drabi qabel iżda dejjem talbet lill-pulizija biex ma jipproċedux fil-konfront tiegħu.
Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrests minħabba l-gravità tar-reat u l-biża li jkun hemm intralċ tal-provi. L-avukati Dr. Alfred Abela u Dr.Arthur Azzopardi li dehru parte civile għall-vittma talbu li isimha ma jkunx imxandar bil-Qorti tilqa’ t-talba tagħhom.