Disat ijiem ‘il bogħod mill-bidu tal-aħħar staġun tas-serje Game of Thrones, tfaċċa t-tron fil-Belt Valletta.
Proprju f’dan l-aħħar staġun, sippost is-segwaċi għandhom isiru jafu min se jkun li se jirbaħ post fuq it-tron – dejjem jekk l-istorja tintemm kif sippost. Biss bosta qed jargumentaw kif il-kittieb, George R.R. Martin, mhux persuna li jikteb storja normali u li għalekk qed jistennew xi sorpriża għal tmiem dan is-serje.
Proprju għal dawn l-aħħar ġimgħat qabel il-bidu tat-tmien staġun ta’ Game of Thrones, HBO ħbew sitt replicas tat-Tron tal-Ħadid madwar id-dinja biex jinstabu mill-fanatiċi. Għalkemm xi wħud argumentaw li dawn is-sitt replicas instabu kollha, jidher li issa tfaċċa wieħed fil-Belt Valletta.
Huma bosta persuni li qed jistennew wara xulxin fil-Belt Valletta biex jaħtfu ċ-ċans u jieħdu ritratt fuq it-tron.