Għall-ħabta tas-1.20 ta’ wara nofshinar, il-President ħareġ mill-Palazz u ngħata s-salut nazzjonali għall-ewwel darba u wara spezzjona l-Gwardja tal-Unur.
Minhawnhekk huwa baqa’ sejjer fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fejn qiegħed kuruna fuq il-monument b’tislima għall-vittmi tal-gwerra.
Fl-isfond ta’ dan erba’ ħelikopters u ajruplan tal-armata ħadu sehem fi flypast li sar fuq misraħ San Ġorġ.