Ritratt sabiħ antik li ttella’ minn Wirt iż-Żejtun juri l-purċissjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa fiż-Żejtun.
Ta’ min wieħed jinnota l-ambjent tal-madwar, il-bini antik u bi stil, l-ilbies tan-nies u l-għonnelli u anke tabella bil-kliem ‘Pjazza Brittanica’.
Din it-tabella turi li ż-żmien li qed juri r-ritratt imur lura għal żmien l-Ingliżi. Mill-kummenti li qed jikitbu kien hemm min isuġġerixxa s-sena 1940.
Fatt interessanti wkoll huwa l-monument li jidher ser jaqa’ l-aħħar. Dan kien inċident partikolari fejn ma kinux għadhom bdew jintużaw il-lasti u l-forċini iżda kien jibqa’ merfugħ. Intant, meta sarulu l-lasti, ma kien hemm ħadd forċina fl-ewwel sena.