Għall-ħabta ta’ nofsinhar seħħet ħabta bejn 4 vetturi quddiem iċ-ċimiterju tal-Addolorata fejn jidher li vettura tal-għamla BMW daħlet fi 3 karozzi li kienu wefin jistennew fis-sinjali tat-ttaffiku.
B’konsegwenza ta’ dan ingħalqet it-triq.
Issejħet ambulanza fuq il-post biex tassisti xi persuni għalkemm jidher li ħadd ma ndarab gravi iżda persuna minnhom ittieħdet l-isptar Mater Dei.
Il-pubbliku huwa mitlub li jevita l-akkwati speċjalment Vjal Santa Luċija.
ARA wkoll: http://www.one.com.mt/2019/04/03/jinghalaq-vjal-santa-lucija-wara-habta-bejn-4-vetturi/