Ir-raġel li pprova jidħol fil-fergħa tal-HSBC taż-Żejtun huwa anzjan ta’ 76 sena. L-anzjan kien liebes ‘hoodie’ u kienu l-ħaddiema li bblukaw l-entratura tal-bank biex ma jidħolx.
Huwa nqabad mill-Pulizija ftit tal-ħin wara. Stqarrija tal-Pulizija kkonfermat ukoll li r-raġel instabitlu fuqu arma tan-nar. Sorsi qalu lil ONE News li fuq l-anzjan instabu wkoll għadd ta’ ‘tie clips’ li jistgħu jintużaw biex jorbtu persuna u kif ukoll bott ‘spray’.
Il-fergħa tal-bank ingħalqet għall-pubbliku sabiex isiru l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tal-Għassa taż-Żejtun u d-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.
Ara wkoll: http://www.one.com.mt/2019/04/03/arrestat-wara-attentat-ta-hold-up-fil-bank-hsbc-taz-zejtun/