ONE News hu nfurmat li fl-aħħar ħin, raġel ipprova jidħol fil-fergħa tal-HSBC taż-Żejtun f’dak li hu maħsub attentat ta’ ‘hold-up’.
Il-Malti kien liebes ‘hoodie’. Il-ħaddiema bblukaw l-entratura tal-bank biex ma jidħolx. Is-suspettat ħarab minn fuq il-post, iżda nqabad mill-Pulizija ftit tal-ħin wara.
Sorsi qalu li l-persuna arrestata kienet armata.