Erbgħa persuni, Malti u tliet barranin ġew arrestati wara sejba ta’ ammont sostanzjali ta’ droga maħsuba ħaxixa tal-kannabis. Is-sejba sarett f’garaxx fil-Gżira u allegatament kienet maħsuba sabiex tiġi ttraffikata anke minħabba l-ammonti li nstabet fiha.
Is-sejba saret wara li l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-drogi mgħejuna minn dawk tar-Rapid Intervention Unit għamlu għadd ta’ tfittxijiet f’garaxx li jinsab fi triq Giacinto Tua fl-istess lokalita’.
Minn quddiem dan il-garaxx il-pulizija ssekwestrat karozza tat-tip BMW u kif ukoll xi vetturi oħra filwaqt li għamlet għadd ta’ eżamijiet forensiċi fuqha. Membri mit-taqsima forensika tal-Pulizija dehru ħerġin b’boroż ta’ droga maħsuba ħaxixa minn dan il-garaxx. It-tfittxijiet bdew għal ħabta tat-3:30 ta’ wara nofs in-nhar. ONE News jinsab infurmat li dawn it-tfittxijiet għaddejjin f’diversi residenzi madwar il-pajjiż.