Angel Attard ta’ 42 sena mill-Birgu ġie ordnat jagħmel 250 siegħa xogħol komunitarju wara li nstab ħati li darab gravi lill-Pulizija li ma kienx xogħol taħt il-mini ta’ San Ġiljan.
Christian Anthony Agius sofra marki permanenti f’wiċċu u anki baqa’ nieqes minn sensazzjoni fix-xedaq wara l-attakk.
Attard kien akkużat li ħebb u darab lil Agius lura f’Mejju tal-2017 li wara li dan waqqfu taħt il-mini ta’ San Ġiljan biex iwissih dwar sewqan perikoluż fejn ġie akkużat ukoll li saq b’mod perikoluż u li rreżista lill-pulizija. Attard ammetta l-akkużi miġjuba kontrih għajr l-akkuża li rreżista bi vjolenza lill-pulizija.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, wara li qieset kollox, kkonkludiet li ma kienx hemm biżżejjed evidenza biex issibu ħati li rreżista lill-Pulizija. Meta ġiet biex tati s-sentenza, il-Qorti kkunsidrat kif l-akkużat irranġa ħajtu u għandu impjieg, bil-Qorti toqgħod fuq is-suġġeriment tar-rapport li jingħata xogħol fil-komunità.
B’rabta mat-talba tad-difiża, b’talba għal kumpens ta’ €12,199 għal 1,074 siegħa exra duty li tilef, il-Qorti nnotat kif Agius naqas milli jirrappreżenta biżżejjed evidenza b’rabta ma’ dan. Rigward it-talba li jitħallsu l-ispejjeż tat-tobba u tal-mediċina, il-Qorti nnotat kif minkejja li ġew ippreżentati l-irċevuti, naqqsu milli jindikaw għal-liema raġuni saru dawn il-konsultazzjonijiet.
Meta l-Maġistrat ġiet biex tikkonsidra s-sentenza qieset ir-rapport dwar l-akkużat li rranġa ħajtu, li għandu impjieg u ħajja stabbli. Ir-rapport issuġġerixxa wkoll li jingħata xogħol komunitarju, liema suġġeriment ġie milqugħ mill-Qorti.
L-akkużat ġie ordnat biex jagħmel 250 siegħa xogħol komunitarju kif ikoll ġie ordnat iħallas lir-Reġistru €1,506.40 fi spejjeż.
Pulizija jsofri minn marki permanenti f’wiċċu wara attakk waqt li kien pajżan
Il-Qorti semgħet ix-xhieda t’esperti mediċi fil-kumpilazzjoni kontra Angel Attard – raġel t’erbgħin sena mill-Birgu li qed ikun akkużat b’attakk fuq Pulizija li kien pajżan. Il-każ seħħ taħt il-mini ta’ San Ġiljan f’Jannar li għadda, meta l-akkużat attakka Pulizija, Christian Aġius, li għalkemm kien pajżan, waqqfu biex iwissieh dwar sewqan perikoluż.