Il-Ministru Edward Scicluna ppreżenta il-programm nazzjonali ta’ riforma lill-MCESD. Bosta rappreżentanti minn imsieħba soċjali differenti kienu pprezżenti sabiex jiddiskutu r-riformi li l-Unjoni Ewropea qed tipproponi sabiex jiġu implimentati minn pajjiżna.
Il-Ministru Edward Scicluna stqarr li pajjiżna se jkompli jagħmel tkabbir ekonomiku anke jekk l-livell tiegħu jista’ jinżel b’xi ftit. Huwa nnota kif pajjiżna huwa r’raba’ l-iktar pajjiz fl-UE li attwaw r-rakomandazzjonijiet tal-UE. Jidher ukoll li pajjiżna għad għandu ekonomija mħallta sew u spjega li jekk settur jgħotor jidher li s-setturi l-oħra lesti biex ipattu u għalhekk l-ekonomija ma tiġix affetwata ħafna.
Spjega kif jidher li mhux vera li t-tkabbir ġej biss mis-settur pubbliku. Dan hekk kif is-sehem tas-settur pubbliku jidher li qed jonqos bil-mod, filwaqt li s-settur privat qed ikompli jkabbar is-sehem fl-ekonomija. Mis-sena 2013 sas-sena 2017 skond statistika tal-Eurostat il-persuni f’riskju ta’ faqar ukoll niżlu minn 102,000 għal 87,000.
Saħaq li għal kuntrarju ta’ pajjiżi oħrajn, Malta qed ikollha turi kif mingħajr il-programm ta’ ċittadinanza b’invesiment Malta xorta tagħmel qligħ. Dan wara stampa ħażina li l-barranin ingħataw permezz tal-midja saħaq il-Ministru Scicluna.
Il-Ministru Scicluna spjega wkoll kif l-istrateġija kontra l-money laundering ma bdietx wara inċidenti li saru b’ċertu banek imma lura fl-2013 meta pjan t’azzjoni b’47 nuqqas ġie mfassal u ħoloq 47 inizjattiva li jindirizzawhom. Dan filwaqt li l-emendi li setgħu saru fuq il-governanza ukoll saru kollha. Minn 47 inizjattiva issa fadal biss madwar ħamsa li jridu jiġu indirizzati.