Ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Europea, il-Eurostat juru li fi Frar li għadda Malta kellha r-raba’ l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rata ta’ qgħad f’Malta kienet ta’ 3.5%, inqas min-nofs tal-medja fiż-Żona Ewro li kienet ta’ 7.8%.
Kienu biss ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja u l-Olanda li kellhom rata ta’ qgħad ftit inqas minn ta’ Malta, bl-Ungerija u l-Polonja jinsabu fl-istess post ma’ Malta.
Intant kienu il-Greċja, Spanja, l-Italja u Franza li kellhom l-ogħla rata ta’ qgħad fost it-28 stat membru Ewropew.
Ir-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ ta’ taħt il-ħamsa u għoxrin sena f’pajjiżna fi Frar kienet ta’ tmienja punt tmienja fil-mija – il-ħames l-inqas fl-Unjoni Ewropea.