Grupp ieħor ta’ immigranti li ġew salvati mill-Forzi Armati Maltin fl-aħħar tas-sena l-oħra, ħalla pajjiżna lejn il-Ġermanja.
Fuq Twitter, il-Prim Ministru Joseph Muscat fakkar li dan sar bis-saħħa ta’ ftehim ad hoc li ntlaħaq bejn il-Kummissjoni Ewropea, Malta u stati membri Ewropej oħra, minħabba l-kriżi umanitarja li nqalgħet.
Dawn l-immigranti jsegwu oħrajn li ħallew pajjiżna fl-aħħar ġimgħat u xhur, fosthom lejn Franza, il-Lussemburgu u l-Portugall.
#Migrants saved in operations at end of last year leave #Malta for relocation in #Germany as per ad hoc mechanism -JM pic.twitter.com/ZMtNK7mVi7
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) April 1, 2019