Persuna jew persuni mhux magħrufa qed jiċċirkolaw storja falza dwar Jordan Azzopardi ta’ 29 sena li qed jaffaċċja ħmistax-il akkuża, fosthom traffikar tad-droga eroina u kokaina u użu ta’ flus foloz, u li hu magħrufa ukoll bħala El Chapo ta’ Malta.
Għalkemm qed tidher li ttellgħet minn ONE News. din l-istorja m’hi xejn ħlief ċajta bir-ritratt u t-titlu ġew emendati biex jaqraw “AĠĠORNAT: Jordan Azzopardi magħruf bħala l-El chapo jaħrab mill-ħabs”.
ONE News jista jikkonferma li din l-istorja mhix vera, u li bl-ebda mod ma ġiet imxerrda minn din il-kamra tal-aħbarijiet.