Fil-jiem li ġejjin mistennija x-xita, dan wara jiem ta’ temp mill-aqwa li kienu mżewqin bix-xemx.
Is-sit tal-Ajruport ta’ Malta, rrapporta kif illum il-jum mistenni jkun imsaħħab bit-temperatura tinħass 17C u l-inqas temperatura mistennija tkun 11C. Ir-riħ mistenni jkun bejn Forza 4 u Forza 5.
Intant għada mistennija tagħmel ix-xita bit-temperatura mistennija tkun 17C u l-inqas 11C. Ix-xita mistennija tippersisti kemm nhar l-Erbgħa kif ukoll nhar il-Ħamis bi tmiem il-ġimgħa t-temp mistenni li jaqleb għall-aħjar bit-temp ikun ftit imsaħħab.