Jidher li l-ewwel ta’ April għall-Arċisqof ġie xi ftit kmieni din is-sena, hekk kif waqt ċerimonja l-Ħadd filgħodu ntebaħ li kellu whiskey fil-kalċi minflok inbid.
L-Arċisqof Charles Scicluna kien qed imexxi l-futħ tal-kawża biex il-Malti Bro. Louis Camilleri jingħata l-qdusija mill-Vatikan.
F’filmat li dar fuq il-midja soċjali u tneħħa ftit tal-ħin wara, l-Arċisqof jinstema’ jistaqsi jekk kienx hemm whiskey jew inbid fil-kalċi li kien qed juża. Hu mifhum li l-quddiesa twaqqfet għal xi ftit ħin sakemm kien ikkonfermat li kien, fil-fatt, whiskey fil-kalċi.
Il-quddiesa ssoktat ftit tal-ħin wara.