Il-Papa Franġisku beda t-28 Vjaġġ Appostoliku tiegħu barra mill-Italja fil-Marokk.
Dan fi żmien meta l-Knisja qed tiċċelebra żewġ anniversarji importanti: tmien mitt sena mil-laqgħa ta’ bejn San Franġisk t’Assisi u s-Sultan Malik el-Kamel, u tmien mitt sena minn meta l-Ordni Franġiskana waslet fil-Marokk.
Fil-jumejn li se jagħmel fil-Marokk, il-Papa Franġisku se jżur il-belt ta’ Casablanca u Rabat.
L-ewwel żjara ta’ Papa fil-Marokk seħħet kważi erbgħa u tletin sena mill-Papa San Ġwanni Pawlu t-Tieni.