L-Awtorità tal-Ippjanar approvat parkeġġ li jieħu madwar mitejn karozza fi triq it-Torri f’Ta Sliema.
B’dan il-proġett, li ser isir biswit it-Torri ta’ De Redin, ser jitwaqqa’ il-bandli eżistenti, dan sabiex permezz tal-ispazju aktar wiesa’ jinbena parkeġġ ta’ tliett sulari flimkien ma’ bandli ġdid fjamant.
Dan il-proġett żgur ser itaffi mill-problema ta’ parkeġġ f’din iż-żona, kif ukoll ser jiprovdi żona ta’ rikreaazjoni aħjar għall-familji Maltin.
Dan ġie approvat wara konsultazzjoni mas-Surpretendenza tal-Wirt Kulturali minħabba li dan ix-xogħol ser ikun qrib żona kulturali.
Intant il-latrini pubbliċi ser ikunu rilokati u mneħħija miż-żona ta’ wirt kulturali.
L-applikazzjoni għal dan il-proġett ġiet issotomessa mill-Kunsill Lokali Ta’ Sliema.