Darren Mizzi ta’ 26 sena mill-Mtarfa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €30,000 u depożitu ta’ €10,000.
Mizzi qed ikun akkużat li kien fil-pussess ta’ 46 kilogramma pjanta kif ukoll raża tal-kannabis.
Kien lura fl-aħħar ta’ Jannar li Mizzi kien ġie arrestat wara diversi jiem ta’ osservazzjoni mill-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Huwa kien twaqqaf fi Triq il-Kosta f’Baħar iċ-Ċagħaq. Jidher li sabiex arrestawh il-Pulizija ġrew bil-karozzi tagħhom wara Mizzi.
Dan għax miegħu kellu kaxxa tal-kartun li kien fiha 40 kilogramma ħaxixa tal-kannabis kif ukoll basket li kellu madwar 6 kilorgrammi raża tal-kannabis.
Jidher li dawn id-drogi kienu lesti sabiex jiġu traffikati.
Konsegwentament, l-imputat li jaħdem bħala bejjiegħ bil-vann ikkawża ħsarat fuq żewġ vetturi – waħda tat-tip Mercedes u l-oħra tal-għamla Peugeot.
Għall-akkużat qed jidher l-Avukat Difensur Mario Mifsud.