€11.85 miljun tqassmu mill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund fis-sena 2018, żieda ta’ 54 fil-mija meta mqabbel mas-sena 2017.
Dan tħabbar waqt ir-raba’ Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ din il-Fondazzjoni li saret fil-palazz tal-President f’Sant’ Anton.
Il-Maltin u l-Għawdxin komplew ikunu ġenerużi matul is-sena 2018, fejn inġabru aktar minn miljun ewro mis-sena ta’ qabel.
B’dawn id-donazzjonijiet, din il-Fondazzjoni għenet aktar minn 16,000 ruħ.
Fis-sena 2018, il-Malta Community Chest Fund żiedet l-assistenza finanzjarja lil persuni b’diżabilita u pazjenti li kellhom bżonn ta’ kura speċjalizzata, b’aktar minn 72 fil-mija.
L-assistenza medika lill-Maltin u Għawdxin fl-2018 żdiedet għal €8.5 miljuni minn €4.4 miljun fl-2017. Filwaqt li l-unit għall-assistenza lil persuni b’diżabilita qassam €672,000 fl-2018 ikkumparat mal-€560,000 fl-2017.
F’din il-laqgħa ġie rrapurtat li l-assistenza għal kimoterapija speċjalizzata u għall-mediċini għal mard kroniku sever, flimkien mal-assistenza li tingħata lill-pazjenti li jkollhom bżonn kura barra minn Malta u lil-familjari tagħhom kienet ta’ €9.7 miljuni, żieda ta’ 73% fuq is-sena ta’ qabel. Individwi u istituzzjonijiet oħra rċevew €2 miljuni f’għajnuna, żieda ta’ 3.5% meta kkumparat mal-2017.
Preżentaw dawn iċ ċifri l-awdituri
Il-President Marie Louise Coleiro Preca rringrazjat lit-tim kollu li ħadem u qed jaħdem bla waqfien sabiex inkisbu dawn iż-żidiet rekords. Saħqet li f’din il-Fondazzjoni saru passi ta’ ġgant, fejn semmiet il-bidla għas-sistema diġitali. Qalet li tħossha kburija u grata lejn dawk li kienu ta’ spalla magħha f’dawn is-snin u li taw direzzjoni lil din il-fondazzjoni, speċjalment il-volunitera u benefatturi kollha.
Temmet billi rringrazzjat lil poplu Malti u Għawdxi, il-poplu ġeneruz u qalet li hi kburija li hi maltija.