L-eks plejer ta’ Manchester United Eric Cantona jidher li huwa mħajjar għall-rwol ta’ ‘manager’ tat-tim nazzjonali Ingliż wara li Roy Hodgson ġie mwaqqaf milli jkompli f’dan l-irwol.
Ftit tal-jiem ilu t-tim Ingliż safa megħlub mit-tim tal-Iżlanda, tim li din hija l-ewwel darba li huwa parti minn turnew ta’ dan il-livell.
F’filmat, King Cantona jikkritika lil goalkeeper Joe Hart u l-attakant prolifiku Ingliż Harry Kane. Huwa jgħid ukoll li jekk jieħu dan ix-xogħol jagħmel lil Sir Alex Ferguson bħala l-konsulent speċjali tiegħu fit-tim u lill-eks goalkeeper tal-istess Manchester United bħala l-assistent tiegħu.
B’hekk huwa jispiċċa b’tonn sarkastiku li għandu jsir referendum ieħor fl-Ingilterra, din id-darba billi jagħżlu #CANTO-YES jekk iridu lil Cantona bħala ‘manager’ tat-tim Ingliż jew inkella #CANTO-NO jekk ma jriduhx.
Tgħid naraw lil Cantona jieħu t-titlu ‘Eric the Boss’?