Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-għawwiem Malti, Dylan Cachia għal darb’oħra reġa’ kiser rekord nazzjonali tal-għawm f’Halle l-Ġermanja.
Cachia kiser ir-rekord ta Edward Caruana Dingli tal-2011, bil-ħin ikun 4.09.50 fl-400 metru free style.
F’din l-istess kompetizzjoni Cachia kiseb 5 midalji, 3 bronż u 1 fidda fil-kategorija tiegħu u oħra bronż f’kategorija oħra.
Cachia kiseb żewġ rekords nazzjonali ta’ distanza itwal ta’ 800 metru u 1500 metru ġewwa l-Pixxina Nazzjonali ta’ Malta.
L-għawwiem żgħażugħ jiġi mħarreġ mill-kowċ Artem goncharenko.