It-teknoloġija li tillimita l-veloċità tidher li se tkun obbligatorja għall-vetturi kollha li jinbiegħu fl-Ewropa mill-2022.
Dan wara li ntlaħaq ftehim proviżorju dwar regoli ġodda mill-Unjoni Ewropea. Id-dipartiment tat-trasport qal li s-sistema se tapplika wkoll fir-Renju Unit, minkejja Brexit.
Dan il-ftehim intlaqa’ tajjeb hekk kif intqal li mistenni jsalva eluf ta’ ħajjiet.
Miżuri ta’ sigurtà li ġew approvati mill-Kummissjoni Ewropea jinkludu l- intelligent speed assistance, waqfien ta’ emerġenza u teknoloġija li żżomm il-karozza fil-karreġġjata.
L-Unjoni Ewropea qalet li l-pjan jista’ jgħin biex jiġu evitat mal-mija u erbgħin elf każ ta’ ġrieħi serji sas-sena 2038 u għandu l-għan li ma jkunx hemm aktar imwiet fit-toroq sal-2050.